Intervista: Ninu Borg fuq Djaletti ma' Sergio Grech 2000 [Campus FM]
About
Intervista ma' Ninu Borg taż-Żejżu.
Programm: Djaletti (l-ewwel programm minn sbatax - Introduzzjoni)
Stazzjon: Campus 103.7 F.M.
Produzzjoni u preżentazzjoni: Sergio Grech
Ottubru 1999—Jannar 2000.
Djaletti hija sensiela ta' programmi dwar id-djaletti differenti fil-gżejjer Maltin. Sergio Grech jitkellem ma’ lingwisti, awturi u nies li ma jiddejqux jużaw jew jitkellmu bid-djalett.
Ninu Borg twieled Birkirkara fl-1 ta' Ġunju 1946, bin Karmnu magħruf bħala ż-Żejżu u Vendra née Debono. Huwa tewmi u l-iżgħar fost erbatax-il wild. Ninu attenda l-Kulleġġ Monte Karmeli sa Form 3 u wara ħa kors il-Government Industrial Training Center fejn tgħallem is-sengħa ta' mekkanik. Ħadem fuq il-magni tal-ħjata għal tnejn u għoxrin sena. L-ewwel poeżija li kiteb kienet fl-1993 u l-ewwel premju kien it-tielet post f'konkors fl-istess sena tal-Għaqda Letterarja. Jikteb drammi u kummiedji għall-palk. Ninu għandu għal qalbu l-istudju dwar l-ilsien Malti u l-kultura popolari Maltija.
Ħajr: Sergio Grech u Celaine Buhagiar Bugeja
Ritratt: Profil facebook ta' Ninu Borg.
Nisel tal-awdjo: CD minn Campus FM (analog) > Exact Audio Copy > WAV ikkonfermata diġitalment integra u mhux minn sors MPEG.
Comments
Be the first to comment
There aren't any comments on this content yet. Start the conversation!